Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħhom fuq Facebook, Aġġornament tat-Temp qasmu mas-segwaċi tagħhom ftit aħbarijiet utli mid-dinja tat-temp. Bdew billi qalu li, “Diversi siti Taljani taw informazzjoni li dalgħodu fl-10.15am sar terremot qrib Pantellerija u li ħallewna għal ħin twil nippruvaw niksbu informazzjoni. Tawh forza ta 4.5. Dan m’għandu x’ jaqsam xejn ma’ dak li seħħ fil- Greċja aktar kmieni.”

Żiedu jgħidu wkoll, “Però issa għandna aktar ċertezza li kien żball min-naħa ta' EMSC. B’hekk ma sar l-ebda Terrimot fuq din iż-żona qrib Pantellerija u li kieku kienet, żgur tinħass sewwa.” Qalbu s-suġġett fejn qalu, “Ma’ din il-kitba ser noħorġu avviż ta' riħ qawwi. Twissija ta' riħ qawwi forza 6 għal 7 mix-xlokk għada s-Sibt 30 ta' Marzu. Riħ ibatti il-Ħadd 4am għal forza 4.”


Charlton Cefai