Id-dipartiment tas-saħħa lbieraħ ħareġ twissija dwar bosta pakketti tal-ħelu li fihom tip ta’ food colouring partikolari, li huwa ħażin għas-saħħa. Dan indunaw bih wara xi testijiet li sar fuq l-ikel. Il-kulur, magħruf bħala E110, li huwa isfar fl-oranġjo, skont il-liġi Ewropea jista’ jintuża f’xi tipi ta’ ikel bħal laħam proċessat u mustarda, iżda mhux fuq pakketti, u xorta jrid ikollu twissija fuq il-pakkett li jista’ jkollu effett fuq l-imġieba u l-attenzjoni tat-tfal.

Dawn il-pakketti joriġinaw mill-Messiku, l-Filippini u n-Nepal. Fost dawn il-prodotti hemm Sweet Chilli Fish Crackers, Chiz Curls, Clover Chips, u tipi differenti ta’ Takis. Agħfas HAWN biex tara l-lista kollha. 


Nicole Zammit