Għawdex magħruf li fih ħafna inqas ġenn minn Malta u żgur mhux forsi li mhux traffikuż daqs Malta... imma fih mhux l-ewwel darba li tiltaqa' ma' xi xena li mhux issoltu tiltaqa' magħha. Ovvjament xena bħal din, iktar issibha f'xi raħal.

It-traffiku f'din l-okkażjoni nħoloq minn nagħaġ kif tistgħu taraw fil-filmat t'hawn fuq. Insommu traffiku ma jidhirx li hemm karozzi għaddejin... imma sensiela ta' nagħaġ li probabbli ħarġu flimkien ma' xi bidwi għalkemm ma jidhrix f'dan il-filmat.

Filmat sempliċi li joħodna lura fis-snin, fejn din kienet xena tipika fl-irħula Maltin.


Emil Calleja Bayliss