Hekk kif verament jihxdu l-eluf ta’ turisti li jżuru l-gżira Għawdxija flimkien mal-kjuws tal-vapuri f’kull tmiem il-ġimgħa; bħal Għawdex ma ssib imkien. Gżira storika imdawra bl-ifjen rikezzi naturali u mżejna b’veduti mill-isbaħ li l-mistrieħ tagħha jfittxuh bosta.

Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħha fuq Facebook, il-President tal-Parlament Ewropew Roberta Metsola qasmet mas-segwaċi tagħha kitba dwar Għawdex fejn qalet, “Tmur fejn tmur, bħal Għawdex ma ssib imkien.”

Kompliet billi żiedet tgħid, “L-impenn tiegħi jibqa’ li Għawdex u l-Għawdxin ikunu tal-aqwa eżempju kif gżira reġjun fl-Unjoni Ewropea tista’ timxi ‘l quddiem. Dan mertu tal-Għawdxin.”

Intom taqblu ma’ dak li qed tgħid?

Facebook/Visit Malta


Charlton Cefai