Kulħadd jesprimi ruħu b’forom ta’ arti differenti. Ngħidu aħna bil-ktiba, bil-pittura, bil-kant u biż-żfin, u proprju llum jiġi ċċelebrat il-jum internazzjonali taż-żfin. Iż-żfin huwa tip ta’ arti li kif kulħadd jaf, jeħtieġlu ammont sostanzjali ta’ preparamenti li jinkludi dixxiplina kbira fost dawk li jippratikawh, jiġifieri llum hija ġurnata fejn għandna nuru l-apprezzament tagħna aktar mis-soltu lejn il-bosta żeffiena li jiddedikaw ammont kbir ta’ ħin lejn din l-arti.

Kull sena mill-1982, tiġi magħżula persuna mid-dinja taż-żfin biex twassal messaġġ f’avveniment gala li jsir ta’ kull sena f’belt differenti. Is-sena ġiet magħżulha Marianela Nunez, ballerina mill-Arġentina.

Awguri f’dan il-jum lil kull żeffien jew żeffiena.


Charlton Cefai