Programm li persważ kull persuna f’Malta semgħet bih huwa bla dubju Liquorish, programm mimli avventuri fejn is-sorpriżi ma jonqsu qatt. Illejla ser inkunu nistgħu nsegwu il-ħames programm fis-sensiela ta’ din is-sena, fejn is-sena hija edizzjoni speċjali All Stars fejn il-grupp ta’ parteċipanti huwa magħmul minn 10 individwi li diġa kellhom l-opportunita li jesperjenzaw Liquorish.

Fil-programm li għadda rajnihom jieklu l-wridien, sfida li bosta mill-parteċipanti sabuha diffiċili u mid-dehra llum ser ikunu qed jitilgħu l-għola muntanja ġewwa l-Kambodja. Mill-ftit li rajna mill-programm tal-lejla jidher li xi parteċipanti sabu din l-isfida diffiċli immens. Tgħid ser jirnexxielhom jitilgħu sa fuq?


Charlton Cefai