Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħhom fuq Facebook, Ftit Minn Kollox qasmu mas-segwaċi tagħhom messaġġ mill-isbaħ li tista’ tgħid jgħodd għal kulħadd.

Bdew billi qalu, “Int m'intix il-passat tiegħek, m'intix l-iżbalji tiegħek, m'intix dak li jaħsbu n-nies fuqek. Fil-ħajja se ssib min jiġġudikak ħażin, jikkritikak, jittradik, jipprova jaqtgħalek qalbek. Iċċedix quddiem dan kollu. Tieqafx ittejjeb lilek innifsek u tiġri wara l-ħolm tiegħek, għandek kemm għandek eta'.”

Komplew billi qalu, “Kun onest biżżejjed biex tammetti li m'intix perfett, għandek difetti, imma kun ukoll għaqli biżżejjed biex kuljum tipprova ssir persuna aħjar milli kont ilbieraħ. U tagħmel dan mhux għal ħaddieħor, imma għalik innifsek.”


Charlton Cefai