Għadha kif intemmet il-partita bejn il-Portugall u l-Ghana, fejn il-Portugiżi ħarġu rebbieħa bl-iskor ta’ 3-2, grazzi għal gowls ta’ Ronaldo, Felix u Leao.

Il-partita dehret waħda bbilanċjata sew u t-tim tal-Ghana ma deher li kellu xejn inqas minn dak Portugiż u għal ftit ma kinux ser jiskorjaw il-Ghana fl-aħħar ftit sekondi tal-partita. Dalgħodu l-Isvizzera ħarġet rebbieħa fuq il-Kamerun u l-Urugwaj u l-Korea ta’ Isfel kisbu punt kull wieħed minn Grupp H.

Issa jmiss li jilagħb pajjiż li huwa favorit ma’ ħafna Maltin. Fit-20:00 ser tintlgħab il-partita bejn il-Brażil u s-Serbja, bil-Brażil jinsabu favoriti biex jerbħu dil-partita.

Facebook / Confederação Brasileira de Futebol


Henzley  Bezzina