Minħabba s-sitwazzjoni tal-pandemija, l-vawċers kellhom jittardjaw fit-tqassim tagħhom.

Id-data maħruġa mill-Gvern Malti għal meta ser jitqassam ir-rawnd li jmiss ta’ vawċers hija għas-sebgħa ta’ Ġunju. Bħas-sena l-oħra, dawn ser jitqassmu lil dawk il-persuni kollha li għandhom iktar minn 16-il sena.

Fis-sebgħa ta’ Ġunju jerġgħu jiftħu mill-ġdid il-bars u l-każini, u dawn il-vawċers jistgħu wkoll jintużaw għand ħwienet bħal dawn.

Il-Prim Ministru Robert Abela, waqt intervista fuq ONE, qal li fil-ġimgħat li ġejjin se jkun qed iħabbar kif ser taħdem is-sistema ta’ dawn il-vawċers.

Din l-iskema ser tkun qed tiswa lill-Gvern mal-€45miljun.

vawcers

Facebook / Robert Abela

Instagram / lovemaltaeats


Henzley  Bezzina