Bħal-lum sena ilu, fil-25 ta’ Marzu 2023, ingħaqdu fiż-żwieġ il-preżentatriċi ta’ VIBE FM Martina Zammit u Emma Gatt. 

Għalhekk illum qegħdin jiċċelebraw għeluq l-ewwel sena f’din l-għaqda speċjali. 

F’kitba fuq Facebook b’dedika għal Emma, Martina kitbet “Għaddiet sena waħda, u fadlilna għal dejjem flimkien! L-ewwel anniversarju t-tajjeb lill-imħabba ta’ ħajti. Għal aktar avventuri, daħk, u mħabba. Awguri lilna, mara!” 

Kemm hu sabiħ li nuru l-apprezzament lejn dawk l-aktar għeżież għalina, speċjalment fi ġranet speċjali bħall-anniversarju taż-żwieġ. Awguri lil Martina u lil Emma għal ħafna iktar snin ta’ mħabba.


Marija Bellia