Is-sit tat-Tvm qed tirrapporta li d-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali flimkien mas-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika qed tavża lil pubbliku sabiex ma jikolx minn dan il-prodott, li huwa vażett biż-zalza u l-ħaxix, għaliex hemm il-possibilta` li fih jinsab frak tal-ħġieġ.

L-isem ta’ dan il-prodott huwa Sugo Alle Verdura’ tad-ditta Carrefour Bio u jiżen 350g. Id-data ta’ durabbilita` hija 26/10/2022. 

Avżaw u xerrdu din l-aħbar sabiex ħadd ma jikkonsma dan il-prodott.

Ritratt/Pexels, TVM


Rowena Calleja