Kimberly Cortis ħadet prominenza fix-xena lokali meta għaddiet fil-Malta Eurovision tas-sena 2016 permezz tal-kanzunetta Lighthouse li kienet kitbet flimkien ma' Cyprian Cassar u l-Muxu.

Is-sena l-oħra lil Kimberly rajnieha timpressjona lil ġuija ta' X Factor Malta fejn kienet waslet sal-fażi tas-Six Chair Challenge. Il-kantanta lokali kienet kemxejn kwieta dan l-aħħar imma dawk li jsegwuha mill-qrib jafu li minn żmien għal żmien tkun qed tkanta ġewwa stabbiliment lokali.

Il-kantant llum tagħlaq 27 sena, aħna f'isem Gwida.mt nawguraw lil Kimberly l-isbaħ xewqat f'dan il-jum speċjali għaliha u għal dawk qrib tagħha.

Clint Attard Gerard - Facebook / Kim Cortis


Emil Calleja Bayliss