Tiftakarha s-sensiela ‘Ir-Ronnie’? Din kienet produzzjoni li nħadmet fl-1997 u se tkun qed terġa tixxandar fuq TVM mil-lum, 4 ta’ Settembru. Dan kollu ġie żvelat minn wieħed mill-atturi, Emanuel Cassar, li f’din is-sensiela kien ħadem il-parti tal-kappillan.

“Se jkunu qed jixxandru sitt episodji wara xulxin bejn it-2.45pm u l-5.05pm. Is-sensiela tkompli mbagħad b’aktar episodji l-Ġimgħa 11 ta’ Settembru, fl-istess ħin,” kiteb hu fuq il-midja soċjali.

Kull minn għandu nostalġija għal passat żgur li mhux se jkun irid jitlef din is-sensiela!

Facebook/Emanuel Cassar


Nicole Barbara