Il-kantanta lokali Phyllisienne Brincat kitbet messaġġ b'erba' kelmiet li fihom x'tomgħod. Dan wara li sfortunatament oħtha Inez, tilfet lil żewġha Joe, raġel li ta kontribut kbir fil-familja u dejjem kien hemm biex jgħin.

Phyllisienne xerrdet diversi ritratti tiegħu, kif ukoll qasmet ħsieb importanti għalina lkoll. "Xejn ma ngħidilkom ħbieb...tieħdux il-ħajja for granted! Illum hawn u għada ma nafux! Familji... ltaqgħu kemm tistgħu flimkien avolja l-ħajja mgħaġġla."

Hi tkompli, "Ħallukom mill-wirt u l-flus.. aħfru...m'aħna sa nieħdu xejn magħna ħlief ruħna! Nirringrazzja 'l Alla li familti laħqgħet iltaqgħet m'ilux (inħobbu niltaqgħu) u lħaqt ħadt dawn ir-ritratti ħelwin tar-raġel t'oħti Inez, Joe."

Phyllisienne tirrakkonta kemm Joe ħa ħsieb lil binha f'perjodu partikolari f'ħajjitha, u tant ħabbu qisu ibnu. "Kien iħobbu daqs uliedu u meta kien wasal il-waqt li nerġgħa nieħu 'l ibni lura tgħidx kemm kien beka! Xtaqu miegħu għal dejjem!"

Phyllisienne tagħlaq billi tagħmel il-kuraġġ lil oħtha u lill-familjari kollha ta' Joe. "Nagħti l-għomor u l-kondoljanzi lil oħti għażiża  u lil uliedu. Nitlob għalikom biex il-Mulej isabbarkom f'dan iż-żmien tà wisq dieqa għalikom. Kif nasal lura ntikom tgħannieqa kbira. Inħobbkom ħafna."

F'isem it-tim noffru l-kondoljanzi tagħna. Strieħ fis-sliem għażiż.


Kyle Zarb