Evelyn Bonnici, omm il-kantanta Għawdxija Sarah Bonnici, li se tirrappreżenta lil Malta fil-Eurovision Song Contest, ħabbret li ġiet nieqsa l-għażiża ommha - li tiġi n-nanna ta' Sarah.

Evelyn kitbet, "Strieħ fis-sliem għażiża ommna. Illum Alla ried li tingħaqad ma' missierna fil-ġenna. Dejjem inħobbuk u se nimmissjawk ħafna. Il-funeral ta’ ommna l-maħbuba Georgia, ser isir nhar it-Tnejn li ġej, 25 ta’ Marzu 2024 fl-16:00 fil-Bażilika ta' San Ġorġ. Il-korteo jitlaq mill-Isptar Ġenerali t’Għawdex fit-15:30. Nixtiequ nirringrazzjaw lil kulħadd tal-messaġġi ġentili!"

F'isem it-tim ta' Gwida, ngħaddu l-kondoljanzi tagħna lil Sarah, lil kuġin tagħha Mark Lawrence Zammit u l-familja kollha tagħha. Żgur li se jħossu din it-telfa iżda jafu li għandhom anġlu jħarishom. Strieħ fis-sliem għażiża.


Emil Calleja Bayliss