The New Victorians għadhom kemm ħarġu l-ewwel single tagħhom tas-sena bl-isem ta’ Min Jaf. Din mhux biss din hija l-ewwel single tagħhom bil-Malti, iżda hi b'kollaborazzjoni mal-Lapes, wieħed mill-finalisti ta’ Malta’s Got Talent.

Id-debutt bil-Malti tagħhom huwa frott tal-Covid Grant tal-Arts Council, fond speċjali li l-aħwa ingħataw biex joħolqu xogħol oriġinali b'kollaborazzjoni ma' artisti lokali u internazzjonali b'mod kompletament remot, matul l-2020.

"Ċertament kienet l-iktar sena diffiċli għalina s’issa, għalkemm aħna nittamaw li l-gżira tista’ tagħmel b’aktar mużika u iktar ferħ matul dawn iż-żminijiet diffiċli,” qalu l-aħwa. Din il-kanzunetta se tkun parti mill-EP li jmiss tagħhom, li se jkun fih ħames kanzunetti oriġinali kemm bil-Malti kif ukoll bl-Ingliż, maħluqa b’kollaborazzjoni ma’ ħames artisti differenti.

Min Jaf ġie prodott minn The New Victorians bi produzzjoni addizzjonali, mixing u mastering minn Howard Keith f'Jagged House Studios. Il-filmat mużikali uffiċjali ġie dirett u prodott minn V Squared Media, b’kollaborazzjoni mad-disinjatriċi tal-moda lokali Carla Grima.

Kris Micallef


Emil Calleja Bayliss