Xi darba jew oħra żgur rajtu xi filmat ta’ Nas Daily u naħseb li lkoll nistgħu naqblu kemm huma interessanti! Naseir Yassin huwa l-fundatur ta’ Nas Daily u jagħmel filmat dwar pajjiżi fid-dinja ta’ minuta kuljum! Anke Malta kien ġie u għamel filmat minn hawnhekk!

Mill-filmat li tella’ ftit sigħat ilu, ilkoll nistgħu nitgħallmu lezzjoni siewja! Il-filmat huwa dwar kemm hu importanti li tfalli u jkollok l-ostakli qabel ma tasal fejn tixtieq. Din ma tinstemax xi ħaġa sabiħa, iżda iva hekk hu. Ara l-filmat ta’ Nas Daily biex tkun taf għaliex!

Nas Daily jirrakkonta l-istorja tiegħu, dwar kemm-il darba falla biex wasal fejn qiegħed illum. Nas qatt ma qata’ qalbu u baqa’ jipprova. Kien għaqli bizzejjed biex jagħraf ifittex tagħlima minn kull falliment li kellu fil-karriera tiegħu.

Ma waqafx hemm, iżda għaqqad dawn il-fallimenti kollha flimkien u beda l-kumpanija Nas Daily. Nas Daily kienet suċċess enormi wara disa’ snin jipprova. Din il-kumpanija mhux biss irnexxiet, iżda saret kumpanija multi-miljunarja! Illum Nas qed jaqsam dak li ġralu mad-dinja permezz tal-ktieb li għadu kemm kiteb! Tgħid Malta tissemma’ f’dan il-ktieb?

Il-messaġġ li jixtieq jgħaddi Nas Daily b’dan il-filmat huwa għal kull wieħed u waħda minnha! Fil-ħajja se jkollna ħafna fallimenti, iżda jekk ma naqtgħux qalbna u noħorġu t-tagħlima minn kull falliment li jkollna, nirnexxu żgur! Nas huwa konvint li l-falliment huwa l-aqwa ħaġa li tista’ tiġrilek qabel is-suċċess!

Facebook / Nas Daily


Yasmin Camilleri