Miracle Pogue minn Missisipi li għandha biss 24 sena, riċentament iżżewġet lil Charles Pogue, raġel li huwa avanzat aktar fl-eta min-nannu tagħha stess. Miracle qalet li tixtieq li tagħmlu missier għall-ewwel darba u infatti qed jippjanaw biex jibdew il-proċeduri tal-IVF biex dan ikun possibli. Għalkemm hemm 61 sena bejniethom, xorta jixtiequ li jkollhom żewġt itfal.

Miracle qalet ukoll li kemm ommha kif ukoll nannuha li għandu 72 sena ssapportjaw id-deċiżjoni tagħha li tiżżewweġ lil Charles biss missierha ma kienx wisq konvint b’din ir-relazzjoni tagħhom.

Qalet ukoll li ma jinteressahix minn kemm għandu żmien u li jidher ukoll ferm iżgħar milli hu! Qalet ukoll li realistikament, taf li se ddum f’din id-dinja ferm aktar milli se jdum hu, biss qalet li jgħixu ġurnata b’ġurnata kif ukoll tixtieq li jgawdu l-xulxin kemm jistgħu!


Charlton Cefai