Kulħadd spiċċa jitkellem fuqha... kien hemm min twerwer, kien hemm min daħak u kien hemm min għadda kummenti xejn sbieħ fil-konfront ta' din il-mara. Illejla, l-istess mara li ntlemħet ġewwa Ħaż-Żebbuġ, reġgħet tfaċċat ġewwa Marsaxlokk. Possibli li din xi koinċidenza?

Reġgħet għal darb'oħra dehret għal darb'oħra bil-maskra u tagħmel atti strambi, atti li għalkemm kien hemm min daħak bihom, m'huma xejn sbieħ. Imma dan kollu veru jew inkella xi att li qed isir apposta għax ngħidu aħna minn ġewwa Ħaż-Żebbuġ issa kienet ser titfaċċa ġo Marsaxlokk?   

Il-poplu tagħna aħjar mill-aqwa investigatur privat li tħallas għalih tant u tant flus! Kien hemm xi qarrejja tagħna li bagħtulna messaġġ privat jgħidu li huma jafu Min Hi? Qalulna li dik attriċi, kienet tidher fuq Qegħdin Sew u anke rċevejna dan ir-ritratt!

Skoprejna li jisimha Lee-N u kumbinazzjoni llum stess, Teatru Malta ħareġ poster ta' produzzjoni bl-isem Min Hi? fejn l-attriċi prinċipali jisimha Lee-N Abela. Jidher li din il-produzzjoni titratta teatru makabru u ħa ssir fir-Rialto ġewwa Bormla. Probabbli niskopru għandniex  raġun fil-jiem li ġejjien! 


Emil Calleja Bayliss