Katya De Giovanni hija membru parlamentari u għamlet żmien tgħallem f’ xi skejjel sekondarja u anke terzjajri wara li gradwat għat-tieni darba bħala għalliema fl-1998. Katya hija wkoll iċ-Ċerperson tal-Malta Psychology Profession Board.

F’Facebook post Katya rriflettiet fuq il-festa Nazzjonali li ċċelebraw il-Maltin illu, Jum l-Indipendenza. “B'din il-ġrajja storika tal-Indipendenza pajjiżna qarreb pass ieħor ’il quddiem biex seta’ jikseb il-Ħelsien fl-1979” kitbet Katya.

Hi qasmet ukoll il-kliem t’ispirazzjoni li kien qal il-Prim Ministru ta’ dak iż-żmien, Ġorġ Borg Olivier, kif ukoll xi kliem ta’ kuraġġ għall-poplu “Għandna jkollna l-kuraġġ illi nieħdu dawk id-deċiżjonijiet, anke jekk diffiċli, sabiex inkunu nistgħu infasslu futur aħjar għal uliedna.”


Nicole Zammit