Il-preżentatriċi, ġurnalista u kantanta Maria La Barokka Muscat għal darb'oħra 

"Tagħtix każ nies negattivi... agħlaq għajnejk u widnejk... għax inutli timtela' b'enerġija ħażina għal nies li jħobbu jagħmlu l-ħsara. Iffoka fuq il-ġid... fl-imħabba, u l-enerġija sabiħa...u fuq kollox afda f'idejn il-Ħallieq...ħajja qasira wisq biex taħli l-ħin."

Waqt il-programm tagħha Kuxjenza, ikun hemm esperjenzi qarsin u stejjer li jmissulek qalbek. Madankollu permezz tal-programm hi toħloq sens ta' kuraġġ u tama lill-mistednin tagħha, kif ukoll lit-telespettaturi. Maria tfakkar fil-programm li jmiss ta' din il-ġimgħa, "Nfakkarkom f'Kuxjenza nhar il-Ġimgħa fis-19.05, għax se jkun tajjeb reġa'"

Prosit Maria ta' dal-kelmtejn!


Kyle Zarb