Il-grupp għad-drittijiet tal-annimali People for the Ethical Treatment of Animals (PETA) talab lin-nisa għal projbizzjoni ta’ sess mal-irġiel li jieklu l-laħam peress li jikkontribwixxu b'mod sinifikanti għall-katastrofi klimatika.

Fi stqarrija fejn ġie msejjaħ strajk sesswali, PETA rrimarkat riċerka minn Plos One u qalet, “Ix-xjenza titkellem waħedha: Studju ppubblikat fil-ġurnal Plos One sab li l-irġiel jikkontribwixxu b’mod sinifikanti għall-katastrofi tal-klima aktar min-nisa permezz tal-konsum tal-laħam. Id-drawwiet tal-ikel tagħhom jirriżultaw f'41% aktar gassijiet tas-serra."

Huma għamlu wkoll referenza kif saret karatteristika maskili li tikkonsma l-laħam. Dawn l-irġiel ossessjonati għall-BBQ jemmnu li jistgħu jagħtu prova tal-maskulinità tagħhom kemm lilhom infushom u kemm lil sħabhom permezz tal-konsum tagħhom tal-laħam. B’din l-imġieba mhux biss iweġġgħu l-annimali iżda wkoll jagħmlu ħsara lill-pjaneta."


Gwida.mt