Ilbieraħ filgħaxija, it-tim ta' Min Imissu? xeħet ritratt ta' laqgħa virtwali li kellu t-tim. Bi pjaċir inħabbru li jidher li t-tim qed jaħdem fuq staġun ieħor ta' Min Imissu? Min jaf min ħa jkun mistieden fl-istaġun li jmiss u jekk hux ħa jirritornaw ċerti karattri!

Huma kitbu, "l-kittieba bdew ix-xogħol tagħhom għall-istaġun li jmiss ta' Min Imissu?! Lesti?" Ninsabu konvinti li ħafna huma lesti biex jaraw il-programm jieħu l-ħajja, b'diversi personalitajiet jispiċċaw il-vittmi tagħhom, filwaqt li jidħku tnejn bihom infushom u jdaħħku lit-telespettaturi li ta' kull ġimgħa jkunu qed jistennew programm eċitanti bħal dan.

Int lil min tixtieq tara fl-istaġun li jmiss? Għidilna fil-kummenti fuq il-midja soċjali tagħna!

Facebook / Creative Inspiration Concepts


Emil Calleja Bayliss