Illum il-Ġimgħa u nzerta t-tlettax tax-xahar! Hawn min jgħid li din il-ġurnata ġġib xorti ħażina! Hawn min jemmen u hawn min le!

Aħna ddeċidejna li nagħmlu lista ċkejkna ta’ dawk l-affarijiet li min hu superstizzjuż jipprova jitbiegħed minnhom għax jemmen li jġibulu xorti ħażina!

Qtates suwed

Jekk jgħaddi qattus iswed minn ħdejk, ifisser li se jġiblek xorti ħażina! Miskin kemm hu xortih ħażina!

Tgħaddix minn taħt sellum!

Ma tantx hija xi ħaġa utli li tgħaddi minn taħt sellum, iżjed u iżjed jekk ikun hemm xi ħadd fuqu!

Mera mkissra

Hawn min jemmen li jekk tkisser mera mhux ġurnata ta’ xorti ħażina jkollok, imma seba’ snin!

Tiftaħx umbrelel ġewwa!

Jekk tiftaħha ġewwa, hawn min jemmen li ġġiblek xita ta’ xorti ħażina…. Iktar u iktar jekk tkun sewda!

Hawn min hu superstizzjuż, hawn min le! Opinjonijiet differenti! Taf b’xi superstizzjonijiet oħra abbinati ma’ din il-ġurnata?


Yasmin Camilleri