Jidher li l-kantawtur Philip Vella rebbieħ tal-aħħar edizzjoni tal-Għanja tal-Poplu aktar kmieni llum nieda s-suċċessi tiegħu f'album fuq il-pjattaformi diġitali kollha. Fost il-kanzunetti nsibu l-popolari X'Jimpurtani u Kemm Jien Beżżul.

Ma' dawn il-kanzunetti wieħed jista' faċilment isib kanzunetti oħra li kienu ta' suċċess fl-Għanja tal-Poplu. Fosthom insemmu l-kanzunetta Reċti fuq kliem ta' Joe Julian Farrugia li ssemmi uħud mill-aqwa teledrammi li kellna fuq it-televiżjoni Maltija.

Illum ukoll, Karen DeBattista magħrufa l-aktar għas-suċċess tagħha fl-Għanja tal-Poplu tal-2014 bil-kanzunetta Jien Ma Naħdimx nediet EP b'ħames kanzunetti minn tagħha. Aktar kmieni din il-ġimgħa kellna x-xorti li naraw lil Karen tinterpreta l-kanzunetta fuq kompożizzjoni ta' Mark Scicluna u lirika ta' Rita Pace fil-kunċert tagħna ta' Gwida L-Ewwel.

L-EP iġib l-isem ta' Meta L-Qalb Tħabbat, linja meħudha mill-kanzunetta ta' Ħarstek li tiġbor il-kanzunetti taħt kappa waħda. Il-mużika u l-lirika ta' dawn il-kanzunetti tista' tgħid li huma parti minnha.

Awguri!


Emil Calleja Bayliss