L-Għaqda Każini Tal-Banda għadha kif ħarrġet stqarrija uffiċjali wara dak li ġara f'każin lokali fejn bosta persuna kienu qed joħolqu briju u divertiment mingħajr ebda restrizzjonijiet.

"L-Għaqda Nazzjonali Każini tal-Banda tirreferi għal filmati li qegħdin iduru fuq il-mezzi soċjali dwar dak li seħħ ġewwa każin partikolari ġewwa Ħaż-Żebbuġ fejn jidher li nkisru l-protokolli maħruġa mill-Awtorità tas-Saħħa. L-Għaqda filwaqt li bl-ebda mod ma taċċetta dan l-atteġġament tħeġġeġ lill-Għaqdiet imsieħba sabiex jobdu u jimxu mar-regoli hekk kif stabbiliti mill-awtoritajiet tas-saħħa sabiex kif dejjem għamilna nkomplu nħarsu saħħet iċ-ċittadin u nuru s-serjetà fit-tmexxija tas-Soċjetajiet tal-Banda."

Nittamaw li affarijiet bħal dawn jieqfu jsiru fl-aħħar, u li ħadd ma jbati minn dawn l-azzjonijiet irresponsabbli.


Kyle Zarb