Kull min iħobb isegwi t-teledrammi Maltin jaf żgur li għada se tkompli tixxandar is-sensiela Sorelle. Iżda minkejja dan, fuq il-midja soċjali l-paġna ta’ Sorelle ħabbret li se jkun hemm xi tibdil fl-atturi. 

“Minħabba ċirkostanzi li nqalgħu, mill-episodji ta' għada t-Tnejn 4 ta' Jannar mis-sensiela Sorelle, il-karattri ta' Maxine u Vince se jkunu nterpretati minn Claire Marie Busuttil u Samuel Mercieca minflok Joanne Busuttil u Andrè Penza. Rewind tirringrazzja lill-atturi tas-sehem tagħhom f'din is-sensiela.” 

Filwaqt li Claire Marie Busuttil kienet f’Vigilante, Samuel Mercieca ħa sehem f’bosta teledrammi bħal F’Salib It-Toroq, Ħbieb u Għedewwa u F’Ġieħ L-Imħabba. 

Facebook/Sorelle - Drama Series


Nicole Barbara