Soraya Queen tgħid li Shirley Bassey għal numru ta' raġunijiet kienet ta' inspirazzjoni f'ħajjitha. Soraya tgħid li kemm il-kostumi, kemm id-dehra u anke t-tipi ta' kanzunetti li kienet tkanta Shirley, jagħmluha leġġenda.

Bl-aktar mod onest, Soraya tistaqsi xi trid aktar minn diva u dama bħal Shirley Bassey. Shirley illum għandha 82 sena. Meta mistoqsija dwar min kien l-aktar strumentali bejn Shirley u Marilyn Monroe fl-istil tal-moda... Soraya tgħid li impossibli tiddeċiedi bejniethom.

Qabel l-intervista, Soraya għamel imitazzjoni ta' Shirley Bassey. Taħsbu li hi impersonator tajba?


Emil Calleja Bayliss