It-telfa ta' iben jew bint hija kiefra mmens. Il-fotografu u ġurnalista Darrin Zammit Lupi, ilbieraħ fakkar id-data li bintu telqet mid-dar għall-aħħar darba u inzertat ukoll li kienet id-data minn fejn beda kollox. <>

Darrin Zammit Lupi jistqarr, "Sentejn illum minn meta Becs telqet mid-dar għall-aħħar darba, rat il-qtates u l-kelb tagħha għall-aħħar darba….. jien u hi ħsibna li se tkun id-dar sal-Milied. Ma kellux ikun."

Hu jkompli jgħid, "Għaddew ukoll tliet snin sal-ġurnata li Becs ħasset l-uġigħ fl-ispallejn b’mod kbir, xi ħaġa li t-tobba l-ewwel ikkuraw b’anti-infjammatorji segwiti b’fiżjoterapija għal xahar sħiħ, u wara għamilna l-x-ray importanti ħafna, dik li biddel kollox."

Kuraġġ Darrin! Ċertu dati impossibbli li tinsiehom meta titlef lil xi ħadd daqstant għażiż għalik.

Facebook / Darrin Zammit Lupi


Emil Calleja Bayliss