Il-Fidwa Tal-Bdiewa produzzjoni li ħa tkun qed tittella' f'Novembru ta' din is-sena. Għalkemm fadal ftit mhux ħażin, il-ħidma ilha li bdiet u issa jmiss li jinstabu l-artisti li ħa jkunu qegħdin jieħdu sehem f'din il-produzzjoni.

Teatru Malta f’koproduzzjoni ma' Fondazzjoni Ċelebrazzjonijiet Nazzjonali bħalissa qed jaħdmu fuq immaġinazzjoni mill-ġdid moderna tal-klassika Il-Fidwa Tal-Bdiewa ta’ Ninu Cremona. Din se tkun produzzjoni multidixxiplinari, awdjo-teatrali, issettjata b'mużika live, u esegwita minn ensemble. Il-kompożizzjoni u d-direzzjoni se tkun fdata f'idejn The New Victorians, filwaqt li se tkun adattat minn Clare Azzopardi.

Żewġ ismijiet li żgur ma għandhom bżonn ebda introduzzjoni għax-xena artistika lokali. The New Victorians rajna u smajna diversi proġetti mużikali mingħandhom filwaqt li Clare Azzopardi rajna diversi kotba tagħha u wkoll produzzjonijiet li nħadmu fuq il-palk.

Dawk kollha li jixtiequ jiksbu aktar informazzjoni dwar din il-produzzjoni jistgħu jagħmlu dan billi jżuru s-sit uffiċjali ta' Teatru Malta billi jidħlu HAWN.


Emil Calleja Bayliss