Ilbieraħ il-Bayern Munich lagħbu kontra Werder Bremen, fejn il-Bayern ħarġu rebbieħa bl-iskor ta’ 6-1.

F’din il-partita, Sadio Mane beda’ mal-ewwel ħdax imma ma damx wisq fil-pitch wara li weġġa’ wara 20 minuta logħob u ġie mibdul mill-winger Ġermaniż Leroy Sane. Aktar kmieni llum ġie kkonfermat li Mane mhux se jkun qed jitla’ l-Qatar biex jirrappreżenta liċ-champions renjanti tal-African Cup of Nations, is-Senegal, kawża ta’ din l-injury, minħabba li mhux se jfieq fil-ħin.

Għalhekk Mane jingħaqad mal-lista ta’ players kbar li ser jitilfu din l-edizzjoni tal-World Cup.

Facebook / Sadio Mane


Henzley  Bezzina