Ftit tal-ġimgħat ilu, tkellimna ma' Miriam Christine u ħadna l-opporunità wkoll li nitkellmu ma' Rio, it-tifel il-kbir tagħha! Staqsjnieh x'jaħseb fuq il-kanzunetti ta' ommu u liem hi dik li togħġbu l-aktar! Rio tista' tgħid li vera matur u wieħed jista' jinnota dan minn kif wieġeb il-mistoqsijet tagħna!

X’taħseb fuq il-kanzunetti tal-mamà?

Naħseb li jirriflettu fuq il-ħajja u għalhekk narahom iktar interessanti. Jogħġobni l-fatt li l-mamà dejjem tevolvi kemm fl-istil u anke fil-kitba.

Liema waħda togħġbok l-aktar?

‘Mystery Mama’ għaliex naf eżatt il-ħsieb li hemm warajha u għax jogħġobni l-ħoss Brażiljan li użat il-mamà fil-kanzunetta.

Smajna li tħobb ħafna l-kanzunetti fuq LPs, tixtieq li jkollok waħda tal-mamà? Liema għandek s’issa?

Iva nixtieq għax tkun addizzjoni interessanti mal-kollezzjoni li diġà għandi. Fost il-ħafna LPs li rnexxieli nġemma’ u l-iktar favoriti huma Radiohead, Arctic Monkeys, Run the Jewels, Pixies u Beastie Boys.

X’tgħidilhom lil sħabek meta tkellimhom fuq il-mamà?

Ngħidilhom li għalkemm kellha tfulija iebsa, hi rnexxielha tibqa’ pożittiva u ma taqtax qalbha. Nammira l-passjoni qawwija li għandha għall-mużika.

Rio kburi bil-mamà tkanta?

Iva ħafna, għax nifhem kemm hu diffiċli li tasal fejn irnexxielha tasal hi, speċjalment meta tqis minn liema oriġini bdiet il-ħajja tagħha.


Anthony Baldacchino