Ilbieraħ iċ-ċkejkna Chanel Monseigneur, l-iżgħar kantanta li qatt tajret il-bandiera Maltija fl-età tenera ta' disa' snin ħadet sehem fil-Junior Eurovision Song Contest bil-kanzunetta Chasing Sunsets.

Chanel kisbet 100 punt, b'51 punt mill-ġurija u 49 punt mill-votazzjoni tan-nies. Il-kanzunetta Maltija spiċċat fit-tmien post, kemm mal-ġurija u kif ukoll man-nies hemm barra. Ilbieraħ, il-Junior Eurovision Song Contest irċieva aktar minn 4 miljun vot li huwa rekord assolut u jidher li kien rekord assolut għal pajjiżna.

Missier Chanel Monseigneur kiteb, "Qomna b'aħbar mill-isbaħ wara prestazzjoni mill-aqwa... Malta rnexxielha tikseb total ta' 317,000 vot online li jfisser rekord assolut għal pajjiżna wara li l-EBU ddeċidiet li tbiddel is-sistema tal-voti 4 snin ilu u tippermetti lill-votanti jivvutaw għal pajjiżhom stess... għal darb’oħra grazzi lil kulħadd."


Gwida.mt