Id-39 edizzjoni tal-Farsons Beer Festival għaddejja ġmielha, b’diversi ismijiet lokali kemm kbar u żgħar jagħtu sehemhom fuq il-palk tal-avveniment annwali. Fost artisti bħal Luke Chappell u The New Victorians, Red Electrick kienu wieħed mill-atti li ħaddan il-festival ta’ din is-sena, hekk kif ilbieraħ irnexxielhom joffru spettaklu liema bħalu lil dawk kollha f’attendenza.

RE

Instagram / @redelectrick

Il-grupp, li ismu żgur mhux forsi sar familjari fil-kultura mużikali lokali, ta din il-prestazzjoni b’antiċipazzjoni għal album ġdid bil-ħsieb li jitnieda Ottubru li ġej. Bosta kienu dawk li marru bi ħġarhom sabiex jisimgħuhom – inklużi l-artisti Muxu u Maxine Pace – hekk kif il-folla li nġemgħet quddiem il-palk waqt is-set tagħhom mhux biss dehret imdaqqsa waħda sew iżda wkoll ħerqana u enerġetika.

RE

Instagram / @redelectrick

RE

Instagram / @muxumusic

Fost id-diski li kantaw, Red Electrick offrew żewġ rendizzjonijiet ġodda ta’ kanzunetti minn atti magħrufa permezz ta’ Believe u Hymn for the Weekend, ta’ Cher u Coldplay rispettivament. Barra minn dawn, il-grupp – bil-vokalist prinċipali Joe Roscoe – ukoll deher jinterpreta d-diska Ho Hey ta’ The Lumineers u I Want To Break Free ta’ Queen.

Facebook / Red Electrick


Kurt Gabriel Meli