Josette Busuttil sellmet il-memorja ta' Malcolm li tilef ħajtu fl-aħħar sigħat. Permezz tal-paġna Malta, News, Photos & People hi kitbet, "Għażiż Malcom, hekk kif tawni l-aħbar dalgħodu l-jum kien differenti. Raġel umli li għamilt ħilti biex ngħin. Il-Bambin jsabbar lil martek, uliedek u l-familja kollha. Strieħ fil-paċi u kondoljanzi sinċiera għeżież."

Aħna f'isem Gwida.mt, insellmu l-memorja ta' Malcolm filwaqt li ningħaqdu ma' Josette sabiex inwasslu l-kondoljanzi tagħna lill-familja tiegħu, ħbieb tiegħu u kollegi li ċertament ħa jkunu qed iħossu n-nuqqas tiegħu. Agħmlu kuraġġ u ftakru li qed iħariskom u qed magħkom biex jigwidakom.

Strieħ fis-sliem Malcolm.


Emil Calleja Bayliss