Il-paġna lokali Ftit Minn Kollox qasmet storja li turi l-imħabba u r-rispett li ċerti nies għandhom lejn l-annimali tagħhom. Huma jiktbu, "Raġel jieħu lill-kelb tiegħu ta’ 19-il sena l-baħar kuljum, biex jagħtih ftit sigħat ta’ rqad. Il-kelb bl-isem ta' Shep, ma jistax jorqod għaliex ibati minn artrite kronika. Il-ġogi tant juġgħuh li l-annimal bilkemm jista' jistrieħ fuq is-saqajn ta’ wara."

Huma jżidu, "Biex l-annimal jeħles mill-uġigħ tiegħu, il-veterinarji ssuġġerew li l-kelb jitraqqad. Madankollu s-sid ma qabilx ma' dan. Ma kienx lest jeħles b'dan il-mod minn ħabib tiegħu li salvah minn suwiċidju fil-passat."

Il-paġna ttemm, "Sabiex itaffi l-uġigħ ta’ ħabibu b’erba’ saqajn, ir-raġel jinżel il-baħar kuljum bil-kelb u jżommu b'idejh għal diversi sigħat biex ikun jista’ jorqod. L-imħabba bejn l-annimal u l-bniedem hija unika. Meta tirċievi l-imħabba, tkun lest tagħtiha lura għal għaxar darbiet aktar."


Emil Calleja Bayliss