Il-Viċi Sindku tal-Belt Valletta Ray Azzopardi jħabbar it-telfa ta' Belti ieħor. Hu jikteb, "Qomna b'ħasda kbira. Alfred jew kif konna nafuh Fredu, għoġbu jħalli din id-dinja ħabta u sabta. Jien kont insibu Alfred il-kwiet, li kien ikellmek kull darba li jarak miexi. Tkellimna ħafna Fred, fuq dak li kien għaddej fil-Belt. Kont tħobb lill-Belt daqs kemm kont tħobb lill-familja."

Hu jżid, '"L-aħħar li tkellimna kien waqt riċeviment tal-Ġiżwiti meta konna fthemna li niltaqgħu waħda. Issa mhux ser narawk iktar, imma ninsab ċert li ser tismana meta jkollna bżonnok. Fred nitolbok iżżomm idejk fuq il-familja tiegħek li tinsab għaddejha minn dan id-dulur kollu."

Hu jkomplu, "Imbagħad indur fuq il-familja tiegħek u ngħidilhom li għandom biex ikun kburin bi Fredu, għax kien tassew raġel ta' eżempju u ġentlom Belti. Kondoljanzi lill-familja kollha. Strieħ fis-sliem Fred. Grazzi tal-ħbiberija sinċiera tiegħek."

F'isem it-tim ta' Gwida, insellmu l-memorja tiegħu u ngħaddu l-kondoljanzi tagħna lill-familjari tiegħu.


Emil Calleja Bayliss