Il-psikologu, sesswologu u terapista tal-koppji Dr Nicholas Briffa, regolarment jaqsam xi parir mas-segwaċi tiegħu dwar il-ħajja ta’ kuljum tal-bniedem u kif taħdem in-natura umana, li żgur li huwa midħla tagħha minħabba l-qasam tal-istudju tiegħu. 

Ta’ spiss insibu lilna nfusna nisimgħu esperjenzi ta’ ħaddieħor, tajbin jew ħżiena, u naħsbu li qatt ma nistgħu ngħaddu minn affarijiet simili jew li qatt mhu se naslu biex nagħmlu ċertu affarijiet. 

Dr Briffa jgħidilna, “Qatt tgħid "qatt ma tista' tiġri lili", "qatt ma se nasal nagħmel...” - il-ħajja tista' tkun imprevedibbli.”

Iżid, Kollox jista' jiġri, anke dak li qatt ma immaġinajt li jista' jseħħ. Għalhekk għandna dejjem nevitaw iz-zekzik u l-ġudizzji żejda.”

Tassew għandu raġun, speċjalment fil-kliem li jagħlaq bih.  Qatt m’għandna niġġudikaw lil ħadd, la aħna bnedmin li kapaċi ngħaddu mill-istess esperjenzi!


Marija Bellia