Pulcinella, għal dawk li ma jafux hu pupu libes maskra li kien popolari mmens fis-seklu 17 ġewwa Napli. Fil-verità din hi tradizzjoni Naplitana fejn Pulcinella hu kummidjat, kummidjant li daħal sew fil-kultura Naplitana u llum il-ġurnata sar parti mill-arti tagħhom ukoll.

View this post on Instagram

A post shared by Yanica Mckay (@yanicamckay) on

Arti bħal ma jikkrejaw fil-ħanut bl-istess isem fejn illum wieħed jista' jsib pizzar Naplitan b'aktar minn 20 sena esperjenza li kompla saħħaħ it-tim ta' Pulcinella. B'isem bħal dak ma jistax ma jiġikx f'moħħok l-ikel Taljan li hu arti fih innifsu.

View this post on Instagram

A post shared by Yanica Mckay (@yanicamckay) on

L-imħuħ wara dan kollu huma John Mercieca u Yanika McKay. John dejjem kellu xeqwaq li jiftaħ ħanut u minn kok kien speċjalizza għal pizzar. Il-ħolma seħħet u seħħet tassew, illum John jieħu ħsieb il-kċina filwaqt li Yanika tieħu ħsieb in-nies li jattendu.

View this post on Instagram

A post shared by Pulcinella Cafe & Pizzeria (@pulcinella_hamrun) on

Il-bidu tagħhom ma kienx faċli imma stinkaw u ħadmu, grazzi għal dan kollu llum qed jgħixu l-ħolma tagħhom. Dan ma kienx ikun possibbli li kieku ma sabux is-sapport tal-familja ta' din il-koppja. 

View this post on Instagram

A post shared by Yanica Mckay (@yanicamckay) on

Wieħed isib diversi pizez x'jagħżel u ta' kull xahar dejjem jaraw x'ħa jivvintaw, xi ħaġa differenti li tolqot il-gosti ta' dak li jkun ħa ssib żgur. Għal dawk li forsi għandhom dieti speċifiċi wieħed jista' jordna wkoll pizez gluten free.

View this post on Instagram

A post shared by Yanica Mckay (@yanicamckay) on

Speċjalità interessanti hi l-pizza pala, tradizzjoni Naplitana fejn ikollok ħames tipi ta' pizez f'waħda u dawn tagħżilhom kollha int! X'idea interessanti... int kieku liem pizez tagħżel sabiex tħallat flimkien? Għoġibtni!

View this post on Instagram

A post shared by Pulcinella Cafe & Pizzeria (@pulcinella_hamrun) on

Jekk mhux xi fanatiku tal-pizez tinkwieta xejn, hemm xelta vasta għal dawk kollha li jħobbu affarijiet differenti. Minn menu sħiħ u varjat, żgur li ħa ssib xi ħaġa li tiggosta u li tinżillek għasel! Hekk jew b'hekk ħa tkun taħt l-aqwa idejn!

View this post on Instagram

A post shared by Yanica Mckay (@yanicamckay) on

Bilħaq jekk miegħek tixtieq tieħu l-ħabib tiegħek ta' erba' saqajn, l-ambjent hu pet friendly wkoll! Kif tistgħu taraw fir-ritratt t'hawn fuq mhux l-ewwel darba li Yanika spiċċat tilgħab ma' xi kelb jew ieħor li kien qed iżżur Pulcinella flimkien ma' sidu!

Instagram: carusonando


Emil Calleja Bayliss