Buongiorno Caffe tista' tgħid sar rinomat ma' Malta u l-Maltin. Xarba kafè tinżel għasel mal-Maltin f'kull ħin tal-ġurnata tista' tgħid u mhux l-ewwel darba jew tnejn, issib ruħek kwiet jew inkella għaddej b'xi qadja u jiġik dak l-aptit ta' belgħa kafè tajba.

Kif kulħadd jaf, Buongiorno Caffe għandhom ħanut ġewwa San Ġwann iżda għandhom avventura oħra tistenniehom li żgur li ħa tinżel tajjeb magħkom il-qarrejja tagħna. Dan għaliex wieħed ħa jkun jista' jduq il-kafè mill-aqwa tagħha ġewwa l-Belt Valletta.

Huma ingħaqdu flimkien ma' Amis Malta, AMIS huwa ċentru ġdid fejn wieħed jista' jirċievi diversi trattamenti tas-sbuħija, u fiċ-ċentru tal-entratura ta' dan l-istabbiliment wieħed ħa jsib il-post għal ftit kafè mill-aqwa - bl-isem ta' AMIS by Buongiorno Caffe.

AMIS by Buongiorno Caffe huwa proprju l-ewwel post f'Malta fejn wieħed jista' jieqaf fil-kwiet u jieħu belgħa kafè għal kwiet. Iżda jidher li dan mhux ħa jkun l-aħħar għax fix-xhur li ġejjin, it-tim ta' Buongiorno Caffe qed jaħdem sabiex ikollu aktar stabbilimenti madwar pajjiżna. Dan ifisser li wieħed ikollu aktar aċċess għal dan il-kafè.

Il-kwalità tal-kafè tagħhom hija waħda eċċezzjonali u tħalli aroma mill-ifjen ġewwa ħalqek li bla ma trid tirritorna għal dan il-kafè mill-ifjen. Issa li tibda riesqa x-xitwa, ħafna aktar jirrikorru għax-xarba favorita tagħhom.

Nikkoraġixxu lil dawk kollha li għandhom għal qalnhom il-kafè sabiex ma jitilfux dan iċ-ċans u jmorru jaraw l-ambjent ġdid li Buongiorno Caffe ħa jkunu qed joperaw minn ġo fih u xejn xejn tgawdu minn xarba pjaċevoli li żgur tkun intriganti għas-sensi tagħkom.


Gwida.mt