L-għalliema tal-kant Phyllisienne Brincat jidher li żvelat erba’ ħsibijiet li kienu fuq moħħha hekk kif fuq il-profil ta’ Facebook tagħha kitbet paragrafu relatat mad-difetti li għandhom ċertu Maltin.

phyll
Ritratt: Facebook/Phyllisienne Brincat

Hi ixxerjat filmat ta’ bosta nies barranin qed jagħmlu xi tip ta’ ġid ma’ ħaddieħor u bdiet billi qalet “Kieku aħna l-Maltin nagħmlu hekk mhux aħjar? Naf li ghal kull maratona li ssir m’hawnx bħalna imma għandna dak is-sebgħa li nippuntaw nużawh wisq!”

“Kull minn jgħolli idejh kulħadd għandu xi jxomm…”

phyll

Qalet ukoll li għandna ngħixu l-ħajja b’mod li naraw x’nistgħu nagħmlu għal ħaddieħor minflok dejjem naraw x’nistaw nigwadanjaw. Tgħid ukoll li qabel niġġudikaw irridu nkunu nafu minn xiex vera jkun għaddej persuna.

Phyllisienne għalqet il-messaġġ tagħha billi qalet “Ejjew niġbdu ħabel wieħed bis-sewwa ħalli ma nikkrollawx!”

Inti taqbel magħha?

Facebook/Phyllisienne Brincat


Nicole Barbara