Jidher li l-gżira ta' Sqallija qed tesperjenza Maltempati bir-ragħad madwar il-gżira kollha. Dan qed jiġi kkawżat minn nuqqas ta' riħ u arja pjottost kiesħa f'livelli għoljin tal-atmosfera. Il-paġna It-Temp Madwarna ħabbret dan u bi stampa ċara wriet kif qed tiġi affettwata l-gżira.

Dan irriżulta b'formazzjoni u żvilupp ta’ sħab fl-aktar parti sħuna tal-jum, hekk kif is-sħana minn fuq l-art hi ferm ikbar mill-gżejjer Maltin, telgħet 'il fuq u kkondensat malli sabet l-irqajja kesħin u instabbli.

Pajjiżna hemm ċans li jesperjenza taqlib fit-temp fi tmiem il-ġimgħa.


Emil Calleja Bayliss