Ivan Gaffiero, ilbieraħ fuq il-programm tar-radju tiegħu kellu mistiedna lil Julia Muscat. Omm ta' erbat itfal li tilfet lil żewġha fuq il-lant tax-xogħol. Ivan jibda billi jgħid, "Inkun sinċier magħkom li l-program ta' dal-lejl ħassejt li kien wisq tqil li ħallieni bla kliem. Julia Muscat ħallejtni bla kliem, bil-kliem ta' mħabba li kellha dwar żewġha Adrian."

Hu jkompli, "Ma konx naħseb qatt li hawn imħabba daqshekk qawwija. Din il-mara li tibki u tgħid kif tista' qatt żewġha jiġi lura. Omm ta' erbat itfal li sena ilu żewġha ħareġ għax-xogħol imma lura ma ġie qatt. L-imħabba ta' din il-mara, żgur kienet ta' eżempju kbir għal ħafna koppji oħra. Kuraġġ għażiża Julia Muscat."

Bla ma trid messaġġ bħal dan u intervista bħal dik, jġagħluk taħseb kemm għandek tapprezza lill-maħbubin tiegħek, tgawdihom u tqatta' ħin ta' kwalità magħhom.


Emil Calleja Bayliss