Bħalma bosta forsi jafu, Nicole Vella qed tirrapreżenta lil Malta fil-kompetizzjoni ta’ Miss World f’Londra.

Fuq il-profil ta’ Facebook tagħha, Debbie Scerri, li tiġi omm Nicole, tefgħet ritratt tagħhom flimkien u kitbet messaġġ sabiħ lil bintha.

debbie

Il-messaġġ jgħid: “Fly high l-għażiża tiegħi Nicole, aħna kburin ħafna b’dak li inti ksibt. Ħdimt ħafna, issa mur u ħu gost. Se tagħmel lil pajjiż tagħna kburi bik.”

Fil-messaġġ Debbie kompliet billi rringrazzjat lill-isponsors kollha ta’ Nicole kif ukoll bosta sorsi relatati mal-medja li taw sapport lil bintha.

nicole
Ritratt: Facebook/Nicole Vella

F’isem it-tim tal-Gwida, nawgurawlek Nicole! Żgur li se tkun esperjenza mill-isbaħ. L-iktar ħaġa importanti m’hix ir-rebħa iżda l-proċess kollu li żgur se jgħallmek ħafna dwar il-ħajja u dwarek innifsek.

Facebook/Debbie Scerri/Nicole Vella


Nicole Barbara