Wasalna fil-qrib! Probabbli s'issa smajtu b'Mużika Mużika - Festival tal-Kanzunetta Maltija. Festival li ħa jagħmel ir-ritorn tiegħu wara 8 snin u mhux dan biss, l-istess festival ħa jkun qed jagħti ġieħ il-kanzunetta Maltija u l-kantanti li tul is-snin taw kontribut biex il-kanzunetta Maltija tibqa' tinstema', tibqa' tixxandar u tindaqq.

Mużika Mużika ħa jitella' fuq tliet serati, fl-ewwel u fit-tielet serati l-kantanti ħa jkunu qed jinterpretaw xogħol oriġinali li qatt ma nstema' qabel fil-pubbliku, filwaqt li fit-tieni serata huma ħa jkunu qed jingħaqdu ma' kantanta veterani li tul is-snin kienu strumentali biex il-kanzunetta Maltija timxi 'l quddiem u tagħmel ħoss.

Dawn huma l-għoxrin kantant, kantanta u gruppi mużikali li għandna nistennew li naraw fit-tieni serata. Huma ħa jkunu qed jinterpretaw kanzunetta mir-repertorju vast tagħhom mal-artisti semi-finalisti ta' din is-sena. Kif tistgħu taraw hawn taħt, ħa jkun hemm il-krema tal-artisti Maltin u ninsabu tassew ħerqana sabiex inkunu nafu s-silitiet li ħa jipprovdulna f'dan il-kunċert mill-isbaħ.

Catherine Vigar

Ritratt: Facebook / Catherine Vigar

Debbie Scerri

Ritratt: Facebook / Debbie Scerri

Georgina Abela

Ritratt: Facebook / Georgina Abela

Godwin Lucas

Ritratt: Facebook / Godwin Lucas

Helen Micallef

Ritratt: Facebook / Sibtek

Ivan Grech

Ritratt: Facebook / Ivan Grech

Joe Cutajar

Ritratt: Facebook / Joe Cutajar

Joe George

Ritratt: Facebook / Joe George

Luisana Bartolo

Ritratt: New Shed - Facebook / Luisana Bartolo

Mario Caruana

Ritratt: Facebook / Mario Caruana

Mark Tonna

Ritratt: Facebook / Mark Tonna

Mary Spiteri

Ritratt: Facebook / Mary Spiteri

Maryrose Mallia

Ritratt: Facebook / Mary Rose Mallia

Mike Spiteri

Ritratt: Facebook / Mike Spiteri

Paul Giordimaina

Ritratt: Facebook / Paul Giordimaina

Phylisienne Brincat

Ritratt: Facebook / Phylisienne Brincat

Renato

Ritratt: JJ Chircop

The Greenfields

Ritratt: Facebook / Carmen Tanti

Tony Camilleri

Ritratt: Facebook / Tony Camilleri

William Mangion

Ritratt: Facebook / William Mangion

Infakkrukom li Mużika Mużika - Festival tal-Kanzunetta Maltija jixxandar LIVE fuq TVM fid-21:00 ta' filgħaxija fit-18, 19 u 20 ta' Marzu. Din żgur hija opportunità li wieħed m'għandux jitlef. Is-serati ħa jkunu preżentati minn Keith Demicoli, Claire Agius Ordway, Lara Azzopardi u Sarah-Lee Zammit.

Jingħaqdu magħhom b'satira Lee-N Abela u Gianni filwaqt li Taryn Mamo Cefai u Gianni Zammit ħa jkunu qed iżommu s-segwaċi tal-mezzi soċjali aġġornati b'dak li qed jiġri minn wara l-kwinti. Għal aktar informazzjoni tistgħu żżuru is-sit ta' Mużika Mużika HAWN, il-paġna ta' Facebook HAWN u Instagram HAWN


Nicole Barbara