Il-kantant u preżentatur lokali Malcolm Pisani jgħaddu numru ta' ringrazzjamenti, ringrazzjamenti lit-telespettaturi, kif ukoll lil diversi persuni li qed jagħmlu l-programm tiegħu suċċess.

Hu jikteb, "Filwaqt li nixtieq nieħu l-opportunità u ngħid grazzi minn qalbna t-telespetaturi tagħna li tant qed japprezzaw dan il-programm, nixtieq ukoll nirringrazzja mill-qalb lill-kok tagħna Raymond Fauzza tal-platti tradizzjonali Maltin li qed iħejji mill-qalb, li r-riċerkatriċi tagħna Yanika Schembri Fava għax-xogħol kollu li qed tagħmel biex tagħtina xi tagħrif dwar l-istorja tal-platti Maltin u t-tradizzjoni u fl-aħħar u mhux l-inqas il-pjaċir kbir ta’ kull ġimgħa huwa li jkollna l-personalitajiet veterani tant ħelwin li jiddedikaw ftit ħin magħna filwaqt li niddiskutu mumenti sbieħ ta’ ħajjithom u nieklu ikla tajba kif il-kok Fauzza jaf jipprepara."

Hu jtemm jikteb, "F'ismi u f’isem Kim, ngħidu GRAZZI. Dan il-programm jixxandar kull nhar ta' Ħadd f'12:00, b'ripetizzjoni kull nhar ta' Sibt fis-7.30 fuq NET TV."


Emil Calleja Bayliss