Il-kompetizzjoni qed tkompli tiħrax u lbieraħ Ivan Giordano kien eliminati waqt is-semifinali ta' MasterChef Malta. Il-parteċipanti, David, Ray u Nicholas huma t-tliet kokijiet li waslu għall-finali tal-ewwel staġun ta' MasterChef Malta.

Ivan waqt il-programm stess kellu kliem ta' tifħir għal sħabu. Hu stqarr li ħass li qed jikkompeti ma' tliet kokijiet aħjar minnu allura anke fl-isfida ħassu kemxejn żvantaġġat. Ċertament li apprezza li wasal sa din il-fażi tal-kompetizzjoni, hu kellu vjaġġ mimli tlajja u nżul iżda ċertament li n-nies ħabbew għas-sinċerità u onestà tiegħu.

It-tim ta' MasterChef Malta sellimlu bil-kliem, "Ivan, li tasal mal-aqwa 4 hija kisba notevoli! It-talent u l-kariżma tiegħek jiddistingwuk, u l-preżenza tiegħek se nimmissjawha ħafna fuq l-iskrins tagħna."

Awguri għal futur Ivan!


Emil Calleja Bayliss