Ftit ilu segwejtu l-ewwel episodju mis-sensiela Tuna ċ-Ċans ħa ngħidu Storja fuq ONE. Fost l-atturi li ħadu sehem kien hemm Ryan Mark De Battista, li milli jidher spikka u l-parti li ħadem niżlet tajjeb ferm.

Il-paġna DBA Entertainment ħabbru li Ryan Mark huwa l-Man of the Match tal-ġimgħa. "Il-Man of the Match għall-ewwel episodju ta' L-Imħallef ser imur għal Granċ. Karattru interpretat minn Ryan Mark De Battista. Proset Ryan." Ryan ikkummenta dwar dan u wera l-apprezzament għall-kummenti sbieħ li qala'. "Nixtieq ngħid grazzi ħafna tal-kummenti sbieħ tagħkom u Grazzi kbira lil Jason Zerafa tal-opportunità, li nahdem f'dan is-serje."

Illejla ser ikun qed jitla' filmat rigward it-tieni episodju ta' nhar l-Erbgħa li ġej. Ngħidu prosit kbira lil Ryan Mark u nisperaw li ma ndumux ma nerġgħu narawh jaħdem xi parti televiżiva!


Kyle Zarb