Ftit ilu t-tim tas-sensiela JACKPOT 4, li din is-sena kompliet bit-tieni staġun tagħha, ħalla messaġġ hekk kif wasal biex jintemm dan il-vjaġġ televiżiv. Storja li minn episodju għal ieħor kompliet dejjem iżżid it-tensjoni u l-kurżitajiet ma naqsux.

"Fl-aħħar waslet il-ġurnata li tant ilna nistennew li tasal. Nispera li intom ilkoll ħerqana daqsna sabiex issegwu l-għeluq ta' dan il-vjaġġ meraviljuż ta' JACKPOT 4. Grazzi kbira lilkom li tajtuna kuraġġ u komplejtu timbuttawna 'l quddiem."

Tgħid kif ser tintemm din l-istorja? Segwu JACKPOT 4 illejla fit-20:35 fuq ONE.


Kyle Zarb