Permezz ta’ ktiba ċkejkna fuq il-paġna uffiċjali tagħhom fuq Facebook, Michael Attard Ltd sellmu lil Peter Paul Cassar Parnis, raġel li iddedika ħajtu għall-istess kumpanija.

“Is-Sur Pete, hekk kif kien magħruf sew, ħadem id f’id mal-mibki Michael Attar Sr. biex inbniet il-kumpanija li nafu llum,” qalu huma.

“F’85 sena ta’ Michael Attard Ltd kellu parti kbira f’ħafna episodji, fost l-oħrajn ra l-ewwel Peugeot miġjuba Malta fl-1949,” żiedu jgħidu. Qalu wkoll li l-uffiċji tagħhom kienu jiddawlu ferm mhux biss bil-preżenza tiegħu iżda wkoll bir-rakkonti kkuluriti li kien dejjem jgħidhom b’sens ta’ umoriżmu.

Mit-tim ta’ Gwida.mt nixtiequ nagħtu l-kondoljanzi tagħna lill-familjari u lill-ħbieb kollha tiegħu, jistrieh fis-sliem.


Charlton Cefai